ħajtek prezzjuża ħafna  (246 views)

What is ħajtek prezzjuża doing now?

enjoying pool game
More than 1 month ago  ·  Comment »

Age

20

Location

Malta

Birthday

January 1
 
Advertisement

Info

http://hajtek-prezzjuza.hi5.com - Send it to your friends

Age

20

Birthday

January 1

Location

Malta

 

Interests

INHOBB NITGHLLEM XI HAGA GDIDA U DAK LI TGHALLIMT SER NAQSMU MAGHKOM

(Jekk ikollkom aptit aqraw il-profile comments tieghi ghax nikteb fuqhom.)

Fil-hajja, int min int u ghandek kemm ghandek eta dejjem zomm f'mohhok dawn:

Thallix il-hazin li hemm go fik jirkbek, izda irbah il-hazin bit-tajjeb.

Tkunx ta' skandlu ghal haddiehor.

Jekk f'hajtek ghandek xi gibdiet hziena ezempju ma tghaddix minghajr xi film jew stampi , sess bl-addocc minghajr ma tqies kemm tfajliet tista twegga jekk int guvni, u kemm guvintur iweggghu qalbhom jekk inti tfajla, qatt m'hu tard wisq biex tinbidel u tieqaf mill-gibdiet hziena li jiguk. Kuragg u itlob l'Alla jghinek

Tnaddaf sew minn gewwa, jigifieri qalbek
zommha pura u mohhok zommu safi, halli meta tmidd rasek fuq l-imhadda biex torqod, tkun tista verament torqod trankwill/a minghajr tingiz fil-kuxjenza. Jekk ma thossx xejn u dak li qed taghmel ghalik mhu xej, jew tghid f'qalbek b'daqshekk mhu qed naghmel xejn hazin mhux sinjal tajjeb ta! ahseb ftit u ara li bl-istil ta hajja li qieghed tghix, intix twegga int u lil mahbubin tieghek mieghek. Attent. Iftah ghajnejk u mohhok.
****************************************

Inhobb hafna lit-tfal u nhobb inkun imdawra bihom u nilghab maghhom, nitkellem maghhom u nitghallem min ghandhom ukoll. Veru li t-tfal huma nnocenti u ghajb kbir ghalina l-kbar jekk b'xi mod inhassrulhom mohhhom b'dak li nghidulhom jew inhalluhom jaraw permezz tal-media , tv, internet , reklami, etc. Xi kultant anke sempliciment video ta diska fuq ic-charts list, il-kantanta akta tkun imnezza milli mlibbsa. Iz-zghar malajr jimitawha tiskanta, fil-mod kif tilbes u fil-mod kif iccaqlaq gisimha. Dawn isiru role models ghalihom. Ahna l-kbar ghandna d-dmir nipproteguhom lic-ckejknin taghna u ma noqghodux nghidu :u iva b'daqshekk x'inhuma jaraw: ghax kollox jibqa ghaddej u jikber maz-zmien, u jikbru b'mentalita li xejn mhu xejn.

$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$$

Inhobb il-kalma. Mind you miniex xi wahda kalma ta anzi jibdew telghin il-bubbles go fija malajr, imma kapaci nikkontolla, u fejn nara xi hadd li se jitlef it-tempra fuq ix-xejn nipprova inwaqqfu. Nobghod hafna nara individwi ikesksu lil xulxin biex jiggieldu qishom xi zewgt iklieb. Jew jisfidaw lil xulxin biex jitilghul PV jew il-belt jew f'xi post iehor biex igibu lil dak u lil iehor. Ara x'genn! Imbaghad jibdew joffendu lil xulxin bil-mejtin ta' xulxin u joffendu lil xulxin u jinfaqghu jidghu. Jahasra kemm ikunu qed ibaxxu lilhom nnfushom. Min ghalihom li qed jaghmluha ta' xi bully, jew biex jimpressjonaw lil min ikun qed jarahom jew jismaghhom.

Hbieb tieghi, m'ghandkomx xi triduh dan l-inkwiet. Kunu nies u ghixu sew bla glied ghax jaqbel lilek u lil kulhadd.

**************************************

Inhobb ukoll meta nsib ic-cans naghmel xi naqra xoghol volontarju. Mhux qed nghid hekk biex niftahar ta' imma ghax vera nhoss sodisfazzjon kull darba li naghmel xi haga ghal gid ta' l-ohrajn.

Immur ghand is-sorijiet nghin lit-tfal ta' l-istuti. Nghinhom, imsomma noqghod nilghab maghhom, naraw xi dvd, nitkellmu xi ftit ukoll. Kollha jridu dik it-tghanniqa u jiggieldu bejniethom min minnhom gej jifrah bija l-ewwel, hekk malli nasal.

Meta jsir il-hin biex nitlaq tghidx xi dwejjaq jaqbduni. Taqbizli xi demgha gieli ukoll. Meta nasal id-dar noqghod nahseb ftit. Qed nimtela b'hegga biex inkun aktar ma' dawn is-sorijiet. Imma lil boyfriend inhobbu hafna ukoll.

Hadt parir minghand patri frangiskan meta sifirt ASSISI l-Italja u dan qalli li ALLA ma jistax jitlob minnek zewg vokazzjonijiet jigifieri vokazzjoni ta' soru jew vokazzjoni ta' zwieg. Qalli biex nitlob hafna halli ALLA jurini liema hi t-triq li ghandi niehu.

++++++++++++++++++++++++++++++++++++++

Mela l-gimgha li ghaddiet mort ma habibti l-isptar ghal vista ghax se jkollha baby fuq zewg tewmin ta' tlett snin. Dawn ta' tfal li huma il-hin kollu bdew jghidu Ma, ma, ma ejja morru, Mummy ghandi l-guh, mummy ghandi l-ghatx, ma qabadni pp, u kemm dommna hemm nistennew ma waqqfux jghidu. Fl-ahhar ommhom qaltilhom: Aqtghuha kif hadtuli rasi tghidu MA biss. Qabzet mara anzjana li kienu gabuha ghal vista minn San Vincenz de Paule u qaltilha: Hallihom he, ghax qed niehu gost nismaghhom jghidu l- kelma MA. Kompliet qalet: Jien ghandi 7 tfal, u kieku tafu kemm ili ma nismaghha hierga minn fommhom. Hadd m'ghadu jigi jarani.
Ghadkom ma tafux x' ghafsa ta' qalb qed inhoss meta qed nisma lil dawk iz- zewgt itfal jlissnu MA minn fommhom.

Jien u habibti bqajna mbellhin, lanqas konna nafu x s'se nghidulha.

Favorite Music

titdhqux bija imsomma tistghu tidhqu wara kollox imma dan l-ahhar saret toghgobni muzika kwieta li tikkalmani wara gurnata studju, xoghol u divertiment mal-hbieb.

1 you raise me up ta gosh groban {dhalt fil website tieghu u veru a}

2 Ave maria

3 diski li jitkantaw fil-knisja
bl-isbah wahda jisimha: Jien darba f'hajti sibt tezor.


joghgobni ukoll r-reggae, u remixes ta l 80's.

soundtracks tal films

u kull muzika u lirika li kliema jaghmel sens u jaghti messagg pozzittiv

toghgobni dik ta Ron li titkellem dwar id-drogi u l-ohra li jisimha Meta l-qanpiena ddoqq.
 

Favorite Movies

mela: animation

madagascar 1 2
Tarzan
ice age 1 2 3
Finding Nemo
Spirit
Prince of Egypt
Lion king 1 2
u hemm izjed ta


Step up
bride wars
confessions of a shopaholic
high school musical
17 again
transformers
wedding planner

top of the list tieghi

AUGUST Rush
The boy in striped pyjamas
Rain man
castaway
titanic
twilght

Moulin rouge l-isbah wiehed
Phantam of the opera
 

Favorite Books

ma tantx inhobb naqra kotba nghid il verita nipreferi magazines u artikli

But my only treasured book is the BIBLE
Dan dejjem mieghi u kullimkien.
Ghandi Bibbja hard back dejjem taht is-sodda halli qabel norqod naqra silta u nimmarka xi vers li jolqotni u nipprova nghixu l-ghada .

Fil-Bibbja' li fuq kollox hi l-kelma t'Alla, insib dak kollu li jkolli bzonn spiritwalment. Meta nkun down, meta nkun lonely, meta nkun se nibda naqta qalbi, meta jkolli hafna tentazzjonijiet, meta nhossni mifxula jew bla support, meta nhoss li kulhadd telaqni jew inhoss il-hajja bla skop jew artificjali. Fiha, insib kelma ta' farag, kelma ta' mhabba minn fomm Gesu, kelma iebsa u ta twissija mill-ittri ta' San Pawl, imbaghad l-ghaxqa tieghi huma :il-kotba tal-Gherf u veru gherf ta!!

il ktieb ta Bin Sirak sabih

il- vangelu ta San mattew
----------------------------------------magazines favoriti huma

Regina et Mater

Dawl Frangiskan

it Triq
----------------------------------------
 

Favorite Quote

kull haga/azzjoni li taghmel f'hajtek ser ikollha konsegwenza, ghalhekk ahseb sew qabel ma tiddeciedi biex taghmel xi haga.
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Recently played


  • Scored: 8,220
    Top Score: 8,220
  • Scored: 15,090
    Top Score: 15,090
  • Scored: 1,942
    Top Score: 1,942
  • Scored: 6,450
    Top Score: 6,450
  • Scored: 112,890
    Top Score: 112,890
  • Scored: 5,069
    Top Score: 5,069

 

Applications

Browse Applications

Music iLike
Add music and videos to your profile, list your favorite artists, and test your skill in the Music...

PhotoBuzz
Make your friends smile! Animate their photos with Hugs, kisses, hearts and much more...

IQ Test
Take a free 15 minute intelligence test to find out your IQ and compare it with your friends.

MindJolt Games
Over 250 games! Play any of the Arcade, Puzzle, Strategy and Sports games we offer for free.

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins    View all

ħajtek prezzjuża has no unwrapped gifts.
 

Fives

Give' em Five

Comments | View All Entries

Leave a comment for ħajtek prezzjuża

Sep 20 12:54 AM
 
ciaooo anche a te buona e una bella domenica tante benedizioni se ve en tu perfil che ti piace molto la natura, l'aria, il vento, il volare in alto ciaooo anjos_voadores
 
Sep 9 3:00 AM
 
JESUS HELP ME

In every need let me come to You with humble trust,saying Jesus Help me!

In all my doubts,perplexities and temptations, Jesus help me!

In the failure of my plans and hopes, in disappointment, troubles and sorrows: Jesus help me!

When others fail me and your grace alone can assist me: Jesus help me!

When i Throw myself on your tender Love as a Father and Saviour: Jesus help me!

When my heart is cast down by failure, at seeing no good come from my efforts: Jesus help me!

When I feel impatient, and my cross irritates me: Jesus help me!

When I am ill, and my head and hands cannot work and I am lonely: Jesus help me!

Always, always inspite of weakness, falls ands shortcomings of every kind: Jesus help me and never forsake me.

Priests of the sacred heart, delaware, ontario nol 1E0
 
Aug 30 3:23 PM
 
IT-TFAL IZ-ZGHAR

Kemm niehu gost nara tfal zghar hekk xi babies sa xi sentejn. Ha nghidilkom ghala.

Ikollhom dahqa helwa, sinciera fuq fommhom. Jitbissmu mix-xejn, jifirhu b'affarijiet semplici u jistaghgbu b'kollox.

Narahom jigru fi hdan ommhom biex tghannaqhom, taghfashom wahda maghha u taghtihom hug, tbushom u terfaghhom.

Ghadhom fragli immens u jiddependu f'kollox minn dawk li jiehdu hsiebhom.

Jimmeravilljawni kemm jitghallmu josservaw kollox u kemm huma alert.

Nisthajjilhom computer li jridu hafna "input" biex idahhluh fil-memorja ta mohhhom. Jitghallmu malajr kemm affarijiet tajba u kemm sfortunatament hziena.

Imbaghad taf x'nghid jien? Kemm ghandna nkunu responsabbli ahna l-kbar quddiem dawn ic-ckejknien,

Dawn twieldu safja f'mohhhom u f'qalbhom. Kieku jirnexxilna nghozzu din is-safa,zgur noqoghdu attenti kif nitkellmu quddiemhom, xi programmi jaraw, x'jisimghu minn hawn u minn hemm etc. Ara kieku nwieznu sew ghemilni u kliemna zgur jitrrabbew fi tfal li jkollhom karattru helu u li titpaxxa bih.

Ghandna c-cans f'idejna kollu biex jew nizirghu fihom ghemejjel sbieh bhal pe ezempju ta' qdusija, ta' gentilezza, ta' kalma, ta' mhabba, rispett, sincerita, jkunu friendly, jitghallmu jahfru, jcedu lill tfal ohra waqt loghob etc.

Jew nistghu naghzlu li forsi b'nuqqas ta attenzjoni nghalmuhom mill-imgieba taghna stess kif jibdew ippattuha lil xulxin. kif ma jcedux u trid tghaddi taghhom bil-fors, Kif jitkellmu baxx .

Kemm hi haga sabiha li kull min ghandu tfal x'liehu hsieb, kemm jekk huma tieghu, kemm jekk qed niehdu hsiebhom go xi nursery jew day centre,kif ukoll xi baby clubs.

Kul bniedem ihalli marka fuq dawn l-individwi zghar.

Ejjew kollha nhallulhom marka tajba.
 
Aug 30 12:45 PM
 
hi 10x 4 d friend request... prosit tal-profile interesanti hafna li ftit hawn bhalu. u lcomments li taghmel.....Keep it up... take care
 
Aug 28 7:06 AM
 
MY DREAM

I'm living my dream.

I'm sharing my thoughts and my experiences with you my friends.

I had this innate dream to express myself, now I am doing it.

I'm sharing my thoughts with you.

I' m helping others with just a simple sentence and others help me a lot with their experiences.

I have excepted the fact that we people are all in the same boat no matter what age we are.

No matter what we think we are or what we pretend to be.

We all have problems,

We all cry at times,

We all rise and fall at different times.

We all want to live /lead a good life but stumble over and over again over stupid things that do us harm.

We all know our downfalls but somehow we tend to deny them.

It's useless. Better stand up and eliminate once and for all, those situations that we regret afterwards.

I have learnt the meaning of the word PRIORITIES.

I used managed too many things at the same time and I thought that I was coping.

But no, there was my big mistake .

Now, I know that I am No POWERHOUSE and accepted the fact that I have to slow down a bit and put important things on top of the list. I learnt to discard other things that are not so important but used to take a lot of energy from within me.

I used to spend hours awake at night worrying over so many things that I had no control of, being a problem at work, in the family. or with my friends .

NOW I'm learning to do my part as best as I can and the rest I leave in the hands of GOd .
 
Aug 24 3:43 PM
 
A SIMPLE PRAYER

Jesus give strength to youngsters who are attending a rehabilitation programme.

Keep others away from trouble.

Help teenage mothers to cope with their pregnancies and accept their new baby and raise him in abundance love.

Please help us common people to help youngsters who constantly get themselves into trouble either because of peer pressure or for any other reason. Let us never pass a judgement towards them but help them out to overcome their wrong doings.

Jesus, protect adolescents who are always roaming around the streets not knowing what to do.

Help those, who find no meaning in life, and so wake up day in day out wanting their life to end.

Help those youngsters who have to strive on their own, those who find no food to eat when they wake up, no money to buy a peice of bread and don't have a pillow where to sleep on.

Help other youngsters to find love, real love. Keep them away from adults who take advantage on them in the name of love and so end up abused.

Help them know the difference between genuine love which is coming from the heart and love as portrayed on soap operas or films or fairy tales.

Jesus provide youngsters with caring parents, who are ready to listen to them and give them constant attention. Please provide parents with ample knowledge on how to handle their youngster's problems and help them out throughout their lives in whatever the circumstances will be.
 
Aug 24 3:19 PM
 
MOTHER THERESA'S WORDS

I am nothing. He is all.

I do nothing of my own. He does it.

I am God's pencil.

A tiny bit of pencil with which He writes what He likes.

God writes through us,
and however imperfect instruments we may be,

He writes beautifully.
 
This item has been blocked and cannot be viewed. The user who posted this item has been blocked due to abuse of the hi5 Terms of Service.
 
Aug 19 7:52 AM
 
DESIDERATA

Go placidly amid the noise and haste and remember what peace there may be in silence.

As far as possible without surrender be on good terms with all persons.

Speak your truth quietly and clearly, and listen to others, even the dull and ignorant; they too have their own story.

Avoid loud and aggressive persons, they are vexatious to the spirit.

If you compare yourself with others, you may become vain and bitter, for always there will be greater and lesser persons than yourself.

Enjoy your achievements as well as your plans.

Keep interested in your own career, however humble; it is a real possession in the changing fortunes of time. Exercise caution in your business affairs, for the world is full of trickery. But let this not blind you to what virtue there is; many persons strive for high ideals, and everywhere life is full of heroism.

BE YOURSELF. Especially do not feign affection. Neither be cynical about love; for in the face of all aridity and disenchantment it is perennial as the grass.

Take kindly the counsel of the years, gracefully surrendering the things of youth.

Nurture strength of spirit to shield you in in sudden misfortune. But do not distress yourself with imaginings. Many FEARS are born of FATIGUE and LONELINESS.

Beyond a wholesome discipline be gentle with yourself. You are a child of the universe, no less than the tress and the stars; you have a right to be here. And whether or not it is clear to you, no doubt the universe is unfolding as it should.

Therefore be AT PEACE with GOD, whatever you conceive HIM to be and whatever your labours and aspirations, in the noisy confusion of life keep PEACE within YOUR SOUL.

With all its sham, drudgery and broken dreams, it is still a beautiful world.

STRIVE TO BE HAPPY Max Ehrmann
 
Aug 19 1:49 AM
 
FOOTBALL



Kemm hawn minnkom jilaghbu l football?"

F'loghba football insibu 11-il player.

" X'jaghmlu dawn?" Dawn jilaghbu mill-ahjar li jistghu, jigru, jaghtu xi xutt tajjeb, jistinkaw u jirsistu biex fid-disghin minuta jiskurjaw u jirbhu l-loghba.

Dawn il-players ghandhom coach.

"X'jaghmel il-coach?"

IL-COACH joqghod jaghmel is-sinjali lill-players b'idejh biex jghinhom x'ghandhom jaghmlu waqt il-loghba.

HALF TIME

x'jigri fil-half time?

Fil-half time il-players jistriehu kwarta, ixarbu ftit wicchom u jixorbu xi naqra ilma frisk u jergghu jiehdu l-energija halli jkomplu jigru t-tieni half.

Il-coach jigbed l-attenzjoni ta' min qieghed jilghab hazin, jara fejn qeghdin jaghmlu zbalji. U ghala jaghmel hekk? Jaghmel hekk biex fit-tieni half jilaghbu ahjar u jaghtu dak kollu li jistghu halli jgibu rizultat tajjeb.

********************************
Issa AHNA n-nies qiesna l-players li qeghdin nilaghbu fil-ground.

Il-ground taghna huwa:

l-post tax-xoghol fejn nahdmu u niltaqghu ma' l-istess nies kuljum,

huwa l-iskola li nattendi,

hija l-universita fejn nistudja ghall-karriera tieghi,

ill-hbieb li nqatta l-hin maghhom, fil-postijiet tad-divertiment, mal-familja tieghi u kull fejn inkunu.

Irridu nilaghbu mill-ahjar li nistghu f'dal-ground taghna ghal gid taghna u ta' l-ohrajn.

Ahna ukoll ghandna l-HALF TIME taghna. Huwa jum il-HADD biex nistriehu, niltaqghu ma GESU l-knisja u nisimghu l-kelma tieghu permezz tal-qari. Il-HAJJA hija loghba sabiha jew hazina skont kif nilghabha jien.

(Din smajtha xi tlett iHdud ilu fuq it Tv rai 1 waqt il-quddiesa tal-hdax ta' fil-ghodu. Wara li qara l-vangelu l-qassis zghir Taljan , sejjah lit-tfal li kien hemm bil-qeghda fuq il-bankijiet mal-kbar u qalilhom biex jitilghu hdejh madwar l-artal u hekk kif resqu poggihom bil-qeghda fl-art quddiem l-artal u qaghad jghidilhom din)
 
Aug 18 3:01 PM
 
L-ISKART U JIEN

L-iskart x'inhu? Mhux ovvja, dak kollu li mhux tajjeb biex inzommu gewwa dari, allura narmih fil-barmil taz-zibel!

Ezempju: laned tal-kunserva, bottijiet tal-plastic, paketti tal-butir, qxur tal-patata, frott immufat fil-frigg, perzut jew xi bicca laham li nkun insejtha go xi kexxun tal-frigg. etc jaq

Jista jkun xi platt jew tazza mkissra allura narmi l-hgieg b'attenzjoni, biex ma naqtax idi.

Jista jkun skart goff bhall xi saqqu mqatta, xi washing machine li m'ghadiex tahdem, xi ghamara msewsa jew nofs kedda etc. Issa biex narmi dan l-iskart ser ikolli incempel lil tal bulky refuse u jigu jgorruhom minn quddiem il-bieb ghax wahdi mhux ser inkun kapaci narmih.


Issa F'HAJTI jien ukoll mimlija b'hafna skart li ghandi bzonn narmi darba ghal dejjem minn go fija.

Jista jkun li ghandi skart go fija li minghajr ma ninduna jibda jtebbaghli l-karattru tieghi. ezempju biex nimpressjona lill hbiebi nibda nitkellem baxx, noffendi lill- genituri tieghi, nidghi, nibda nkun arroganti, nibda nara lil haddiehor dubbien jew nibda nintefah bija nnifsi ghax forsi rnexxejt f'xi haga.

Jista jkolli skart perikoluz go qalbi, bhall ghira ghall xi hadd, mibgheda, forsi nhobb naqla xi qlajja li ma tkunx veru fuq xi hadd, forsi supperv, kattiv, jew vendikattiv.

Forsi ghandi kilba go fija biex nara films mahmuga li kull darba li narahom, inkun irrid nerga narahom ghax jaghtuni pjacir ghal dak il-mument imma fil-verita inkun qed inhalli lili nnifsi jsir skjav ta' materjal moqziez.

Forsi inhobb nahqar l-annimali, ingara xi gebel lejn qtates li jkun hemm fit-toroq jew ingelled il-klieb.

Forsi ghandi xi vizzji koroh ta' xorb esagerat, drogi, sess bla razan.

Forsi qbadt nisraq xi haga zghira mill portmoney t'ommi u issa l-vizzju kiber.

Imsomma l-lista ma tintemx kieku noqghod nahseb u naghrbel lili nnifsi sew.

Issa ghandi bzonn niehu decizjoni u narmi dak l-iskart kollu minn go fija.

Xi kultant ma nkunx kapaci narmih wahdi u bhall meta jkolli xi skart goff ikolli ncempel lil tal bulky refuse, hekk ukoll ikolli nirrikorri ghall ghajnuna professjonali biex jien nehles u narmi minn go fija dak kollu li jkun qed ixxekkilni.
 
Aug 17 10:31 PM
 
alan's favourite quote is :act what you think:

I suggest that you THINK BEFORE YOU ACT because in not doing so, you might regret it afterwards, then it's too late!
 
Aug 12 12:06 AM
 
HAJJA FERHANA

Is-sigriet ta' hajja ferhana hi li thobb dejjem.
Thobb dejjem tfisser li trid taghmel kuragg kbir u ma taqtax qalbek meta tara l-kuntrarju gej kontrik.

Trid tibqa thobb quddiem sitwazzjonoijiet verament difficli.

Trid tibqa thobb lil ommok u lil missierek avolja forsi keccewk mid-dar ghax forsi webbist rasek u bqajt taghmel ta rasek f'dik l-imgieba li ma mhix tajba ghalik. Forsi dhalt fxi relazzjoni ma' xi persuna mizzewga u b'hekk qed thassar familja ohra. Int forsi qed tara kollox sabih u forsi qed issib sigurta f'din ir-relazzjoni imma fl-ahhar mill-ahhar taf li dan qatt mhu ser ikun tieghek.

Trid tibqa thobb lill-mara tieghek jew lir-ragel tieghek avolja forsi mimlijin difetti u weggajtu sew lil xulxin.

Trid tibqa thobb lil uliedek anke jekk dwn marduk bl-inkwiet ghax ghandhom diversi problemi ta' drogi, serq u forsi zarmawlek darek u bieghulek kollox ghal ftit flus biex jinqdew huma.

Trid tibqa thobb lil-uliedek, ukoll jekk forsi abbandunawk.

Trid tibqa thobb lil shabek li tahdem maghhom avolja minn jaf kemm ghamlulek bsaten fir-roti.

Trid tibqa thobb anke lil dik il-persuna li forsi xi darba abbuzat minnek u ghad ghandek stmerrija lejh f'qalbek.

Trid tibqa thobb lil min seraqlek lil martek jew lil zewgek.

Trid tibqa thobb lil min jobghodok minghajr ma int qatt ma ghamiltlu xejn imma ghax ikun jghir ghalik.

Trid tibqa thobb dejjem, iebsa kemm hi iebsa s-sitwazzjoni.

Il-bniedem jibda jhossu ferhan u jsib il-paci u s-serhan f'qalbu biss meta jiddeciedi li jahfer mil-qalb lil dawk kollha li jkun weggghuh. Inutli jibqa jzomm go fih u joqghod jithassar lilu nnifsu u joqghod jghid ara jien minn xhiex kelli nghaddi u ara xi grali, u ghax gara lili etc.

Jekk vera rridu nsibu l-ferh irridu nharsu ' l quddiem b'fiducja u kuragg.

Vera tidher u hija iebsa imma b'garanzija li bl'ghajnuna t'Alla u b'rieda shiha minn naha taghna zgur li dak li ghalina jidher impossibli, ghal ALLa mhuwiex u zgur jghinna nehilsu lilna nnfusna minn dan it-toqol li nhossu meta nafdaw fih.
 
Aug 10 2:45 PM
 
MY EVERYTHING

Bik f'mohhi, hajti tibqa miexja 'l quddiem.

Kliemek nisimghu jidwi fil-fond ta' qalbi.

Kull pass 'il quddiem li ghamilt meta kont fit-triq mudlama, huwa dovut lilek.

Kliemek iwennisni.

Harstek nifhimha mill-ewwel.

Il-qalb tajba tieghek, trattabni.

Nixtieq inkun bhalek.

Nixtieq nimitak.

Nixtieq inxandrek ma kulhadd!

Nistenna z-zmien li ghad nigi narak!

Ghal dejjem ta dejjem.
 
Aug 10 11:57 AM
 
Hi my friends in gozo

Veru hadt gost maghkom. L-aktar meta hrigna fuq il-boat ghal comino. Dik il-baga fil-qiegh hsibta xi shark!!!
 
 
Aug 10 5:05 AM
 
ID-DAR TAL-HOLM TIEGHI

Jien inhobb nohlom hafna ghax nemmen li meta nohlom b'xi haga nwebbes rasi u naghmilha dment li tkun tajba.

Mela meta xi darba nasal li jkolli d-dar tieghi avolja b'dal prezzijiet ma nafx kif ghad irid ikolli, nixtieqha li tkun hekk:

Kbira imdawra b'xi gnien u swimming pool go fih. Pjanti u sigar ma' kullimkien. Terrazzin mimli b'ghasafar ezotici, pappagalli. Xi kelb great dane jew giant shnauzer halli jaghmilli l-ghassa meta nkun wahdi.

Important li mit-twieq u l-gallariji li jkolli nkun nista nara l-bahar.

Il-kamra tas-sodda importnti li tkun fuq in-naha ta' quddiem halli kull fil ghodu nkun nista nara x-xemx tiela. Nibda l-gurnata billi nirringrazzja lil Alla talli ghogbu jaghtini gurnata ohra biex nghix.


Issa nixtieq li jkolli kamra kbira bizzejjed biex lit-tfal li jkolli, jekk ikolli, naghmlilhom post fejn ikunu jistghu jilaghbu bit-toys kollha li jkollhom go fiha. Narmahilhom bhal ma jkun hanut tat-toys, b'xi tapit kbir fin-nofs tal-kamra halli ma jweggawx u ma jikshux fl-art.

Id-dar imbaghad narmaha b'affarijiet sbieh imma semplici halli kull min jghix go fiha jhossu komdu u mhux qisha vetrina u ma tistax tmiss 'l hawn u ma tistax tidhol fis-salottu ma tistax timtedd fuq is-sodda etc.

Id-dar tieghi irridha tkun id-dar li meta jigi l-futur ragel tieghi mix-xoghol ihossu komdu jidhol id-dar u mhux jigi u jsib skuza biex jitlaq jigri 'l barra jerga.

Id-dar irridha sservi ta' kenn u protezzjoni ghat-tfal tieghi fejn fiha ghad jitghallmu xi tfisser l-imhabba.

Jitghallmu xi tfisser li tghix go familja jekk jista jkun trankwilla u sereni bla hafna glied u argumenti.

Jitghallmu l-ordni, is-sewwa, u d-dixxiplina mimlija mhabba biex b'hekk jikbru responsabbli taghhom infushom.

Nohlom, ukoll li meta jkolli l-ewwel tarbija tieghi nkun lesta li noqghod mieghu jew maghha avolja naf li zgur ser ikolli nhalli naqra l-istudju u l-karriera tieghi fil-genb. Imma lesta li naghmilha u looking forward hafna.

Nohlom b'din it-tarbija f'idi,li nhobbha, u nghozza ferm aktar u ovvja mill-kelb li ghandi u nfissed bhallissa.

Meta din it-tarbija tibda titla timxi nara li d-dar tkun safe ghaliha biex ma tweggalix per ezempju naghmel gradi mal-bibien fejn ikolli t-tarag u etc.

Jekk jibdew gejjin trabi ohra aktar 'il quddiem, noqghod ferm attenta li ma nwarrabx l-ewwel tarbija li jkolli biex nifrah bit-tieni wiehed. Inzomm quddiem ghajnejja biex lit-tnejn irrid inhobbhom l-istess huma x'inhuma, anke jekk forsi jien nixtieq tifla u jigi tifel jew bil-kontra, jien obbligata nhobbhom l-istess bla ebda preferenza ghax dawk huma ulied. U jekk aktar 'il quddiem tigi xi tarbija mhux mistennija ma noqghodx nghidilha li dik giet bi zball ghax zgur tiehu ghaliha u twegga. La twieldet sinjal li ALLA hekk ried u ghandu skop u pjan ghaliha ukoll.

Nohlom aktar affarijiet, imma fuq kollox nohlom li dari tkun post fejn kull membru li jghix fiha jhossu kalm u mifhum minn dak li jkun qieghed ghaddej. L

Lir-ragel tieghi, nispera li nkun kapaci nhobbu kif irid ALLA u li dejjem nibqa fidila lejh hekk kif inkunu weghdna lil xulxin fuq l-artal.

Nispera li nkun kapaci nifhmu u nisimghu dwar il-problemi li-jkollu u li nkun ta support ghalih.
Nispera ukoll li jkollna kommunikazzjoni tajba bejnietna, li ma jmurx jinqala xi dimonju minn fuq ix-xoghol ta fejn nahdmu u jibda joghgobna haddiehor.

Ghax in-nanna taf x'nismaghhha tghid? L-ikel tal-gara ifuh aktar!

Ghall llum s'hawn hlomt.
 
Aug 9 12:29 PM
 

 
Aug 9 2:01 AM
 
XI SENA U NOFS ILU

Mela, xi sena u nofs ilu waqt li kont qed nistudja ghal A Level tar-Religion, impressjonawni dawn l-hames linji.

"KONT BIL-GUH U TMAJTUNI"

"KONT BIL-GHATX U SQEJTUNI"

"KONT BARRANI U LQAJTUNI"

"KONT GHERI U LIBBISTUNI"

"KONT MARID U GEJTU TARAWNI"

"KONT FIL-HABS U GEJTU ZZURUNI"


U r-rakkont ikompli li l-gusti (in-nies tajba) isaqsu lil Mulej Gesu u jghidulu:

"META RAJNIEK BIL-GUH U TMAJNIEK, JEW BIL-GHATX U SQEJNIEK?"

"META RAJNIEK BARRANI U LQAJNIEK JEW GHERI U LIBBISNIEK?"

"META RAJNIEK MARID JEW FIL-HABS U GEJNA NZURUK?"

U s-Sultan iwiegeb hekk:

********************************************************

"TASSEW NGHIDILKOM, KULL MA GHAMILTU MA' WIEHED MINN DAWN HUTI GHAMILTUH MIEGHI"

********************************************************

Bqajt nahseb kif Gesu jurina li dak kollu li naghmlu mal-proxxmu taghna inkunu qeghdin naghmluh mieghu stess.

Allura gejt ghal konkluzjoni li jekk immur nara lil xi hadd marid jew l-isptar, jew naghti xi bicca hobz minn tieghi lil xi hadd li ma jkollux, jien inkun qed naghtiha lil Gesu stess.

Meta mmidd idi 'l barra u naghmel pass biex nghin lil xi hadd fil-bzonn jien inkun qed nibda nwettaq dak li hemm fir-rakkont. Ghad baqa hafna x'naghmel imma almenu nhoss li bdejt xi haga zghira.
 
Aug 9 2:00 AM
 


Title
body
 

Purchase additional coins

You need an additional: hi5 Coins hi5 Coins

Get Coins No Thanks