Joseph Cuschieri   (2792 views)

What is Joseph Cuschieri doing now?

Ninsab dispjacut bit-telfa tal-habib tieghi Noel Cauchi. Il-Mulej ittih il-mistrieh ta' dejjem u s-sabar lil martu, l-uliedu u qraba tieghu. Insellimlek Noel!
More than 1 month ago  ·  Comment »

Age

41

Location

Sliema, Malta

Birthday

February 20
 
Advertisement

Info

Age

41

Birthday

February 20

Location

Sliema, Malta

 

About Me

Joseph Cuschieri, 41 sena bin il-haddiem, imwieled H'Attard nhar l-20 ta' Frar 1968. Mghammed Tas-Sliema u ghex il-parti kbira ta' hajtu f'San Giljan.

Ommu Doris, illum mejta. Missieru Joseph, pensjonant. Ghandu tlett hutu, Manuel maghruf sew fil-Kamp Laburista, Carmen, armla b'zewgt itfal u Tonio.

Hadem f'diversi oqsma, fosthom it-tessuti, it-tarznari, l-gurnalizmu, ix-xandir u fis-settur turistiku.

Attiv fil-Partit Laburista sa mill-eta' ta' 13 il-sena dak iz-zmien fl-Ghaqda Zghazagh Socjalisti. Kien wiehed mill-pijunieri biex jinholoq u jinbena Super One Radio. Hadem ma' dan l-istazzjon bhala gurnalist u kien ir-reporter personali fl-attivitajiet tal-Mexxej Laburista ta' dak iz-zmien Dr Karmenu Mifsud Bonnici.

Fl-1994, inhatar l-ewwel Vici Sindku ta' San Giljan wara li gab l-akbar ammont ta' voti fost il-Kandidati Indipendenti. Fit-tieni elezzjoni tal-Kunsill Lokali, dik ta' l-1996, rega gie elett bl-akbar ammont ta' voti fost il-kandidati kollha.

Fl-1998, 2003 u 2008 gie elett Membru Parlamentari u min elezzjoni ghall-ohra kellu zieda kbira fl-ammont ta' voti li rcieva minghand il-kostitwenti.

Bejn 1-1998 u l-2003 kien il-Kelliem Parlamentari Laburista ghal-Kunsilli Lokali flimkien man-Nutar Charles Mangion.

Mill-2003 sa l-2008 kien Kelliemi ghat-Turizmu, Air Malta u Lukandi flimkien mal-Perit Karmenu Vella u Evarist Bartolo u Kelliemi ghall-Infrastruttura u Progetti Kapitali flimkien mal-Perit Charles Buhagiar.

Fid-29 ta' Settembru 2008, Joseph Cuschieri ceda s-siggu Parlamentari tieghu lill-Mexxej il-Gdid Laburista Dr. Joseph Muscat peress li dan gie elett Mexxej tal-Partit minghajr ma kien Membru Parlamentari.

B'hekk gie assigurat li l-Mexxej Laburista jkun jista jaqdi d-doveri ta' Kap ta' l-Oppozizzjoni fil-Parlament u fil-pajjiz f'isem il-Partit Laburista.

Wara r-rizenja mill-Parlament, Joseph Cuschieri gie elett membru fl-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista b'vot unanimu u dan b'rikkonxximent ghall-fatt li ceda s-siggu Parlamentari lill-Mexxej Joseph Muscat.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat iddeskriva l-gest ta' Joseph Cuschieri bhala wiehed ta' lealta' assoluta: “Ir-Rizenja ta' Joseph Cuschieri biex nidhol fil-Parlament huwa sinjal ta' lealta' assoluta lejn l-ideal taghna. Juri li l-ideal huwa akbar mill-persuna. Il-Partit Laburista ghandu jkun kburi li ghandu fi hdanu persuni bhal Joseph u jien inheggu biex ikompli jimilita' bil-kbir fi hdanu.”

Tul il-karriera tieghu ta' 10 snin bhala Membru Parlamentari, Joseph Cuschieri serva f'diversi Delegazzjonijiet tal-Partit Laburista u tal-Parlament: Ingilterra, Isle of Man, Tunezija, Awstralja, Korea ta' Isfel, Germanja, Palestina, Israel u l-Jordan u ohrajn.

Joseph Cuschieri qieghed isegwi kors dwar il-ligi Ewropea mal-Universita' ta' Londra.

Ghandu ghall-qalbu u attiv fl-oqsma filantropici, sportivi, socjali, religjuzi u kulturali.

Joseph Cuschieri se jkun 'Lehen il-Haddiem fl-Ewropa'.

Ghal aktar informazzjoni zur is-sit elettroniku ta' Joseph Cuschieri www.josephcuschieri.com

Interests

Politics, Football & Sports and Malta Traditional Festas.

Reading, watching TV and Traveling.

Favorite Music

Any Kind
 

hi5 Games

Play hi5 Games

Joseph Cuschieri hasn't played any games recently.

 

Journal

View All 3 Entries    Add Comment

L-Orizzont - Il-Gimgha 16 ta' Ottubru 2009

Qatt ma bsart li Simon Busuttil, persuna li jir­rap­preżenta lil pajjiżna f’pożizzjoni daqs­hekk għolja fil-Parlament Ewr­o­pew jasal biex jattakka lill-kollega tiegħu bl-aktar mod diżgustanti. Frankament l-at­takk li sar fuqi fl-aħħar jiem fuq gazzetta partikolari mill-istess Busuttil dejjaqni mhux għax nibża’ mill-attakki (issa draj­thom), iżda għax kont qed nas­su­mi li Simon Busuttil seta’ jkun ftit inqas kiesaħ mal-kol­legi tiegħu.

Nagħmilha ċara li waħda mill-aktar affarijiet importanti għall-Membri Parlamentari Ewropej ta’ pajjiżna għandha tkun li l-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħna nużawhom bl-aktar mod effiċjenti u f’koperazzjoni sħiħa u dan fl-interess ewlieni tal-poplu tagħna u ta’ pajjiżna. Dan jgħodd aktar u aktar meta wieħed iqis ċ-ċokon tagħna bħala pajjiż u allura l-ammont ta’ Membri Parlamentari li għandna meta mqabbel ma’ paj­jiżi oħrajn membri tal-UE.

Ma jagħmilx sens li l-ener­ġi­ja tagħna nużawha biex nat­takkaw lil xulxin. Imma jagħ­mel ħafna aktar sens li flimkien naħdmu fl-interess ta’ pajjiżna. Jagħmel ħafna aktar sens li ma naqgħux f’attakki isteriċi u paroli fil-vojt kif għoġbu jagħ­mel Simon Busuttil.

Meta eventwalment tibda l-ħidma tiegħi bħala s-sitt Mem­bru Parlamentari Ewropew se nkun qed noffri, kif dejjem għamilt wara kollox, l-id tal-ħbiberija lil kulħadd. Se nkun qed naħdem mal-kollegi Mem­bri Parlamentari kollha li jir­rap­preżentaw lil pajjiżna biex flim­kien niżguraw l-aħjar futur għall-ħaddiema tagħna. Se nkun qed naħdem fil-kun­test ta’ dak li kont nispjega fil-kampanja elettorali. Li nkunu leħen il-ħaddiema Maltin u Għawdxin fl-Ewropa hu kru­ċja­li għall-ħidma tagħna lkoll. Bl-attakki tiegħu fuqi, Simon Busuttil qed ikun leħen l-egoiż­mu u l-partiġġjaniżmu sfrenat tiegħu.

Dan hu l-ħsieb ewlieni li se jsejjes il-ħidma tiegħi matul dawn is-snin: kope­raz­zjo­ni u kollaborazzoni mal-Mem­­bri Parlamentari kollha għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.

B’dan il-mod se naħdem jiena u b’dan il-mod se nir­rap­pre­żen­ta lil pajjiżna bħala s-sitt Mem­bru Parlamen­ta­ri Ewro­pew ladar­ba pajjiżna jingħata s-sitt siġ­ġu Parla­men­tari wara r-rat­i­fika tat-Trattat ta’ Lisbona mill-paj­jiżi kollha. Iżda jekk l-istil u l-mod ta’ kif jaħdem Simon Bu­sut­til u l-mod kif ħa-dem matul il-ħames snin li għaddew huwa ta’ xorta oħra, allura xejn ma nis­tagħġeb kif il-PN naqqas l-appoġġ tiegħu fost l-elettorat fl-elezzjonjiet tal-Par­la­ment Ewro­pew.

Lanqas inlum lil min minn sħabu akkużah li aktar jinteres­sah fl-interessi personali tie­għu milli fl-interess tal-partit li sup­post jirrappreżenta. Jekk dan huwa kif imexxi l-ħidma tiegħu, Simon Busuttil allura jkolli nik­kon­kludi li dan żgur m’huwiex fl-interess tal-Maltin u l-Għawd­xin kollha. Nikkon­klu­di wkoll kemm kellu raġun min fil-partit tiegħu stess ak­kuzah li l-inte­res­si tiegħu jiġu qabel l-interessi tal-partit. Anzi jien inżid li dan l-istil jikkon­fer­ma wkoll li l-inte­res­si per­so­nali ta’ Simon Busut­til jiġu qabel l-interessi ta’ pajjiż­na anke fil-qa­sam Ewropew.

B’dan il-mod xejn ma nis­tagħ­­ġeb kif il-kampanja għall-elez­zjonjiet tal-PN tal-Parla­ment Ewro­pew f’Ġunju li għad­­­da, im­mex­­xija mill-istess Simon Busuttil issarrfet f’falli­ment għall-partit u għas-sup­post sħabu l-kandidati tal-PN, imma m’għand­niex xi ngħi­du b’riżultat egois­tiku ta’ suċ­ċess għalih fuq livell personali.

Jekk dan huwa l-mod im­ma­tur u egoistiku ta’ kif Simon Bu­suttil, għall-intenzjonijiet personali tiegħu, biħsiebu jaħ­dem u jilgħab il-logħba matul is-snin li ġejjin, nas­si­gurah minn issa li dan mhux il-mod kif biħsiebni naħdem jien. L-interess ta’ pajjiżna fil-qasam Ewropew jitlob minna ħidma għall-ġid tal-poplu tagħna u mhux ħidma għall-interess personali ta’ xi wieħed minna biex jilħaq l-ambizzjonjiet po­litiċi tiegħu. Il-poplu qed jitlob minna li naħdmu l-ewwel u qabel kol­lox b’maturità politika li tis­sarraf f’ġid għall-ħaddiema, il-pensjonati, is-‘self-employed’, il-klassi tan-nofs u diversi oqsma tas-socjetà tagħ-na.

Quddiem il-kriżi u l-falli­ment tal-PN fil-Gvern, immex­xi minn Lawrence Gonzi, ħidmet il-Membri Parlamen­ta­ri Ewropej għand­ha tkun ferm aktar iffokata fl-ispirtu msem­mi hawn fuq milli fl-ispirtu egoistiku individ­wa­li.

Nittama li Simon Busuttil jie­qaf minn din il-logħba iste­ri­ka u egoistika u jmidd għon­qu għax-xogħol b’mod oġġet­tiv u trasparenti. Lill-poplu ma tinteressahx l-aġenda politika personali ta’ Busuttil. Il-logħob politiku ta’ Busuttil ma jissar­rafx f’ġid komuni iżda jissarraf biss fi gwadann għalih biex meta jiġi l-waqt jieħu t-tmex­xija tal-PN f’idejh.

joseph@josephcuschieri.com

Applications

Browse Applications

OLX
OLX is the next generation of free online classifieds. OLX provides a simple solution to the compl...

Poker Palace
Casino-style Texas hold 'em poker. It's the real deal!

 

Widgets

 

 

hi5 Gifts

Give a Gift    Get hi5 Coins    View all

Joseph Cuschieri has no unwrapped gifts.
 

Comments | View All Entries

Leave a comment for Joseph Cuschieri

 
 
 
 
Nov 12 9:54 AM
chris says:
 
thanks for the add Joseph!! u prosit ta xoghol li qed taghmel ghal gid ta pajjizna int u shabek
 
Sep 2 5:46 AM
 
grazzin hafna ta lajun li ijaet tati jin batle hali al menu ma kunemx familja ohra li tbiti bhalij bateja ahna ax jin andij ifomazji il ostin gatt kellu il patij u anka fodi u gi jaqa u iqum ahna nis labusti
 
Sep 1 6:30 AM
 
jin jigin min dawk il mitu ara il hamis fil eksidnt ta tarfiku fis zejtun u ikemek jekk tisat ibat grazzi iml qalb u ta lanuna li ijet tati biex forsi fdik it triq isis xhaga u il mistru warba kollox u gi al bibu min kollox grazzi u nistena min adndek
 
Aug 31 11:21 AM
mts says:
 
thanks u proset ta kollox
 
Aug 26 12:59 PM
 
thanks for the add
 
 
Aug 24 8:05 AM
 
IL - FESTA IT – TAJBA TA * SAN GILJAN * 30/08/2009
 
 
 
Jul 13 11:44 PM
 
Prosit u take care always be proud that ur from the labour corner in Sliema as Mintoff once revered to the lazy corner.wish u all the best.
 
Jul 10 7:42 AM
 
prosit ta success li kellek. inzommu il-kuntatt.

FZL Msida.
 
Jul 6 7:05 PM
 
10x gor the add:P
viv il labour
 
Jul 6 1:23 PM
kevin says:
 
Hello sihbi Joseph Cuschieri nixtieq nghidlek proset kbira ta kemm hdimt u sa tkompli tahdem ghalina.Vera li jien ghadni zghir u ghadni qieghed nintegra bil-mod il-mod mal-famija u l-hajja politika izda naf zgur u nghida b'wicci mil-quddiem li int sa taghmlilna unur kbir. cya u goodluck qall qudim.
 
Jul 5 8:27 AM
 
aw Joseph nispera li int ok ovjament partit laburista jibqa sa l-ahhar u ma imut qatt direzzjoni success u ejja ha nirbhu l-elezzjoni generali ghax in-nazzjonalisti ilhom li dejquna fil-gvern.

Viva il-labour Sabrina Cassar
 
Jul 1 9:40 AM
 
Kburija li jin Laburista =D
proset ta klx u kuragg sa l ahhar
 
Jul 1 3:33 AM
 
Joseph

Nixtieq nifrahlek u nirringrazzjak ta` kemm ghamilt xoghol fis-socjeta. Taghtix kas l-affarijiet li jghidulek tal-partit l-iehor. Dawk jaghmlu hekk ghax jghiru, ghax fqajniehom fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ftakar li Ahna warajk u ghandna nharsu lejn il-Pozittiv...

VIVA L-LABOUR

Title
body
 

Purchase additional coins

You need an additional: hi5 Coins hi5 Coins

Get Coins No Thanks