Messages
Topic:
Servizzi Banda L'Isle Adam
Servizzi mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina f’Settembru 2009
Festa Madonna taċ-Ċintura Rabat tal-Imdina
Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2009 Lejlet il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura
Marċ mill-Banda Dekana “L’Isle Adam” mat-toroq prinċipali tar-Rabat fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura organizzata mill-Arċikonfraternita tal-Madonna taċ-Ċintura u Sant’ Anton Abbati fil-Knisja ta’ San Mark ir-Rabat. Il-Marċ jibda minn ħdejn Palazzo Xara, Każin tal-Banda L’Isle Adm fit-8:30pm jispiċċa fl-10:00pm ħdejn il-Knisja ta’ San Mark. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Galea.
Il-Ħadd 6 ta’ Settembru 2009 Nhar il-Festa Madonna taċ-Ċintura
Fis-6:30pm l-Banda tgħamel Marċ mill-Każin tagħha: Palazzo Xara, sal-Knisja ta’ san Mark fejn għal ħabta tas-7:15pm tilqa l-ħruġ tal-purċissjoni bid-daqq tal-Ave Maria u l-Innu Popolari lil Madonna taċ-Ċintura. L-Ewwel Parti tal-Purċissjoni ikun hemm ir-Ruzarju. Il-banda tkompli takkumpanja l-Purċissjoni minn ħdejn il-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani sad-dħul. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Galea.
Festa tat-twelid tal-Madonna (il-Vitorja) ġewwa l-Belt Senglea
It-Tlieta 8 ta’ Settembru 2009 Nhar il-Festa Marija Bambina
Fis-6:30pm l-Banda Dekana “L’Isle Adam” tgħamel marċ mat-toroq prinċipali tal-Belt Senglea fl-okkazjoni tal-Festa tal-Vitorja. Wara l-Banda takkumpanja l-aħħar parti tal-purċissjoni sad-dħul tal-Vara Inkurunata ta’ Marija Bambina lura fil-Bażilika u Kolleġjata tal-Isla.
Festa Titulari Marija Omm tal-Grazzja Ħaż-Żabbar
Il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2009
Fis-6:00pm l-Banda Dekana “L’Isle Adam” tibda marċ min Triq is-Santwarju sa Misraħ is-Sliem. Wara tibda Programm Mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Galea, fuq il-Planċier tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Il-Banda L’Isle Adam tilqa l-purċissjoni bil-Vara Titulari tal-Madonna tal-Grazzja hekk kif tasal fil-misraħ imsemmi quddiem il-Każin tal-Banda San Mikiel.
Aug 27, 2009
3:28 AM